Termini tal-Użu
Dawn it-Termini tal-Użu u d-Dikjarazzjoni tal-Privatezza tal-Website flimkien mad-dokumenti msemmija dwarhom fih, (“It-Termini”) jirregolaw l-użu tal-website ta’ Amicus Therapeutics (www.GalafoldAmenabilityTable.com, is- "Sit"). Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini bir-reqqa qabel ma tibda tuża s-Sit tagħna, għax dawn se japplikaw għall-użu tiegħek tas-Sit tagħna. Aħna nirrakkomandaw li tistampa kopja ta’ dawn it-Termini għal referenza fil-futur. KWALUNKWE PERSUNA LI TAĊĊESSA S-SIT TAQBEL LI TKUN KONFORMI MA’ DAWN IT-TERMINI. Jekk ma taqbilx ma’ dawn It-Termini, int m’għandekx tuża s-Sit tagħna.
Dawn it-Termini jirreferu għall-oġġetti addizzjonali li ġejjin, li japplikaw ukoll għall-użu tas-Sit tagħna:
- Il-Politika tagħna dwar il-Privatezza, li tistabbilixxi t-termini li b’konformità magħhom aħna nistgħu nipproċessaw kwalunkwe dejta personali li aħna niġbru mingħandek, jew li inti tagħtina. Permezz tal-użu tas-Sit tagħna, int taqbel ma’ dan l-pproċessar u tiggarantixxi li d-dejta kollha pprovduta minnek tkun eżatta.
- Il-Politika tagħna dwar il-Cookies, li tistabbilixxi t-tagħrif dwar il-cookies fuq is-Sit tagħna.
- Tagħrif
Dwarna
GalafoldAmenabilityTable.com hu sit imħaddem minn Amicus Therapeutics UK Ltd (“Amicus”, “aħna”). Aħna kumpanija limitata privata rreġistrata fl-Ingilterra u f’Wales bin-numru tal-kumpanija 05541527 u għandna l-indirizz tagħna rreġistrat f’30 Upper High Street, Thame, Oxfordshire OX9 3EZ, Renju Unit. L-indirizz kummerċjali prinċipali tagħna hu Phoenix House, Oxford Road, Tatling End, Gerrards Cross, Buckinghamshire SL9 7AP, Renju Unit. Bħala kumpanija farmaċewtika, aħna rregolati mill-Aġenzija Regolatarja tal-prodotti tal-Kura tas-Saħħa & tal-Mediċini tal-Gvern tar-Renju Unit.
Bidliet f’Dawn it-termini
Amicus Therapeutics tista’ timmodifika dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin billi temenda din il-paġna, u din il-modifikazzjoni se tkun effettiva minnufih hekk kif titpoġġa fuq is-Sit. L-aċċess kontinwu tiegħek jew l-użu tas-Sit wara li l-modifikazzjonijiet ikun saru effettivi, se jiġu kkunsidrati bħala l-aċċettazzjoni konklussiva tiegħek tat-Termini modifikati. Jekk jogħġbok iċċekkja din il-paġna minn żmien għal żmien biex tinnota kwalunkwe tibdil li nagħmlu, għax se dawn se jkunu vinkolanti fuqek.
Tibdil fis-Sit Tagħna
Aħna nistgħu naġġornaw is-Sit tagħna minn żmien għal żmien, u nistgħu nibdlu l-kontenut fi kwalunkwe ħin. Madankollu, jekk jogħġbok innota li kwalunkwe parti mill-kontenut fuq is-Sit tagħna jista’ jkun skadut fi kwalunkwe ħin, u aħna m’aħna taħt l-ebda obbligu li naġġornawh. Aħna mhux se niggarantixxu li s-Sit tagħna, jew kwalunkwe kontenut fih, se jkun minħlief żbalji jew ommissjonijiet.
L-Aċċessjar tas-Sit Tagħna
Is-sit tagħna hu disponibbli bla ħlas. Aħna mhux se niggarantixxu li s-sit tagħna, jew kwalunkwe kontenut fuqu, se jkun dejjem disponibbli jew minħlief interruzzjoni. L-aċċess għas-Sit tagħna hu permess fuq bażi temporanja. Aħna nistgħu nissospendu, nirtiraw, ninterrompu jew nibdlu l-partijiet kollha jew kwalunkwe parti tas-Sit tagħna minħlief avviż. Aħna mhux se nkunu obbligati lejk jekk, għal kwalunkwe raġuni, is-Sit tagħna ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu.
Int responsabbli li tagħmel l-arranġamenti kollha neċessarji għalik biex ikollok aċċess għas-Sit tagħna. Int responsabbli wkoll li tara li l-persuni li għandhom aċċess għas-Sit tagħna permezz tal-konnessjoni tiegħek tal-internet, ikun jafu b’dawn it-Termini, u termini u kundizzjonijiet oħra applikabbli, u li huma jkunu konformi magħhom.
Is-Sit tagħna huwa mmirat għall-persuni li jgħixu fir-Renju Unit. Aħna ma nagħtu l-ebda garanzija li dak il-kontenut disponibbli fuq, jew permezz tas-Sit tagħna, ikun adattat jew ikun disponibbli f’postijiet oħra. Aħna nistgħu nillimitaw id-disponibilità tas-Sit tagħna deskritta fuq is-Sit tagħna lil kwalunkwe persuna jew żona ġeografika fi kwalunkwe ħin.
Liċenzja
Il-kontenuti tas-Sit tagħna, inklużi l-“ara u ħoss” (eż. kitba, grafika, stampi, logos u ikoni buttuni), kontenut editorjali, avviżi, sofware (inkluż programmi tal-kompjuter ibbażati fuq HTML jew XML) u materjal ieħor, huma protetti skont id-drittijiet tal-awtur, trademark, u liġijiet u trattati oħra madwar id-dinja. Dawn il-kontenuti jappartjenu jew huma liċenzjati lill-Amicus. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Aħna hawnhekk nagħtuk id-dritt li tara u tuża s-Sit tagħna soġġett għal dawn it-Termini. Int tista’ tniżżel jew tistampa kopja tat-tagħrif ipprovdut fis-Sit għall-użu personali jew, jekk int utent kummerċjali, għall-użu jew distribuzzjoni interna biss. L-istatus tagħna ( u ta’ dak ta’ kwalunkwe kontributur identifikat) bħala l-awturi tal-kontenut tas-Sit tagħna għandu dejjem ikun rikonoxxut. Int ma tridx timmodifika l-kopji stampati jew diġitali ta’ kwalunkwe materjal li tkun stampajt jew niżżilt bi kwalunkwe mod, u int ma tridx tuża kwalunkwe illustrazzjonijiet, ritratti, sekwenzi tal-video jew awdio jew kwalunkwe grafika separatament mill-kitba li takkumpanjahom.
Il-permess li terġa’ tipprintja jew tirriproduċi b’mod elettroniku kwalunkwe dokument jew grafika b’mod sħiħ jew parti minnu għal kwalunkwe raġuni, hu espressament ipprojbit, ħlief meta jingħata kunsens bil-miktub minn qabel mingħandna. Jekk int tipprintja, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti tas-Sit tagħna bi ksur ta’ dawn it-Termini, id-dritt tiegħek li tuża is-Sit tagħna se jispiċċa minnufih u int trid, skont l-għażla tagħna, tirritorna jew teqred kwalunkwe kopja tal-materjali li tkun għamilt.
Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Xejn f’dawn it-Termini ma jiskludi jew jillimita r-responsabbiltà tagħna għal mewt jew korriment personali li jirriżulta minn negliġenza, frodi jew misrappreżentazzjoni qarrieqa jew kwalunkwe responsabbiltà oħra tagħna li ma tistax tkun eskluża jew limitata mil-liġi Ingliża.
Sa fejn hu permess mil-liġi, aħna neskludu l-kundizzjonijiet, garanziji, rappreżentazzjonijiet jew termini oħra kollha, li jistgħu japplikaw għas-Sit tagħna jew kwalunkwe kontenut li hemm fuqu, kemm espressament jew kif ukoll impliċitament. Aħna mhux se nkunu obbligati lejn kwalunkwe utent għal kwalunkwe telf jew ħsara, kemm f’kuntratt, att illegali (inkluża negliġenza), ksur ta’ dmir statutorju jew mod ieħor, anki jekk ikun previdibbli, li jirriżulta skont jew b’rabta ma’:
- l-użu ta’, jew l-inabilità li tuża, is-Sit tagħna; jew
- l-użu ta’, affidabilità fuq, kwalunkwe kontenut muri fuq is-Sit tagħna.
- Jekk int utent kummerċjali, jekk jogħġbok innota b’mod partikulari li aħna m’aħniex obbligati għal:
- telf ta’ profitti, bejgħ, negozju jew qligħ;
- interruzzjoni kummerċjali;
- telf ta’ tfaddil antiċipat;
- telf ta’ opportunitajiet kummerċjali, avvjament jew reputazzjoni; jew
- kwalunkwe telf jew dannu indirett jew sussegwenti.
Jekk int konsumatur, jekk jogħġbok innota li aħna nipprovdu biss is-Sit tagħna għall-użu domestiku u personali. Int tista’ taqbel li ma tużax is-Sit tagħna għal kwalunkwe raġuni kummerċjali jew ta’ negozju u aħna m’aħniex responsabbli lejk għal kwalunkwe telf jew profitt, telf kummerċjali, interruzzjoni kummerċjali jew telf jew opportunità kummerċjali.
Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li tirriżulta minn virus, attakk li jinvolvi distribuzzjoni taċ-ċaħda tas-servizz (denial-of-service) jew materjal ieħor teknoloġikament dannuż li jista’ jinfetta t-tagħmir tal-kompjuter, programmi tal-kompjuter, dejta jew materjal ieħor propjetarju tiegħek minħabba l-użu tiegħek tas-Sit tagħna jew meta tniżżel kwalunkwe kontenut fuqu jew fuq kwalunkwe website illinkjata miegħu.
Viruses
Aħna ma niggarantixxux li s-sit tagħna se jkun ħieles minn bugs jew viruses. Int responsabbli biex tikkonfigura t-teknoloġija informatika tiegħek, il-programmi tal-kompjuter u l-pjattaforma, sabiex taċċessja s-Sit tagħna. Int għandek tuża s-software tiegħek tal-protezzjoni kontra l-viruses.
Int m’għandekx tuża b’mod inkorrett is-Sit tagħna billi konxjament tintroduċi viruses, trojans, worms jew logic bombs jew materjal ieħor li hu malizzjuż jew dannuż teknoloġikament. Int m’għandekx tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit tagħna, is-server li fuqu s-sit tagħna hu maħżun, jew kwalunkwe server, kompjuter jew database kkonnettjati mas-Sit tagħna. Int ma tistax tattakka s-Sit tagħna permezz ta’ attakk ta’ ċaħda tas-servizz jew attakk iddistribwit ta’ ċaħda tas-servizz. Jekk tikser dan il-provvediment, int tkun qed twettaq reat kriminali skont l-Att tal-Użu Ħażin tal-Kompjuter tal-1990. Aħna se nirrappurtaw kwalunkwe ksur bħal dan lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi u se nikkooperaw ma’ dawn l-awtoritajiet billi nagħtuhom l-identità tiegħek. F’każ ta’ ksur, id-dritt tiegħek li tuża s-Sit tagħna se jieqaf minnufih.
Links Mas-Sit Tagħna
Aħna naċċettaw links mas-Sit tagħna minn websites oħrajn; imma, int trid tillinkja mal-homepage tagħna b’tali mod li hu gust u legali u li ma jagħmel l-ebda ħsara lir-reputazzjoni tagħna jew jieħu vantaġġ minnha. Int ma tridx tistabbilixxi link b’tali mod li tissuġġerixxi kwalunkwe forma ta’ assoċjazzjoni, approvazzjoni jew konferma minn naħa tagħna fejn dan ma jeżistix. Int ma tridx tistabbilixxi l-ebda link mas-Sit tagħna fi kwalunkwe website li mhix propjetà tiegħek. Is-Sit tagħna ma tridx tkun iffremjata fi kwalunkwe sit ieħor, u l-anqas ma tista toħloq link ma’ kwalunkwe parti tas-sit tagħna ħlief mal-home page.
Hemm bżonn permess qabel ma nillinkjaw. Biex titlob permess, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq info@amicusrx.co.uk. Aħna bl-ebda mod ma noperaw, nikkontrollaw jew napprovaw siti li jillinkjaw, u aħna nirriżervaw id-dritt li ma nippermettux kwalunkwe link bħal dan fi kwalunkwe ħin, skont id-diskrezzjoni tagħna biss.
Jekk tixtieq tagħmel kwalunkwe użu mill-kontenut tas-sit tagħna ħlief dak stabbilit hawn fuq, jekk jogħġbok ikkuntattja lil info@amicusrx.co.uk.
Riżorsi ta’ Partijiet Terzi Fuq is-Sit Tagħna
Aħna lesti nagħtu links għal riżorsi ta’ partijiet terzi fis-sezzjoni “Riżorsi” tas-Sit tagħna. Aħna ksibna permess biex nipprovdu dawn il-links għall-użu personali u mhux kummerċjali tiegħek, imma aħna niċħdu kwalunkwe responsabbiltà fir-rigward tal-eżattezza, legalità jew l-użu ta’ dawk ir-riżorsi, u, ħlief meta nistqarru espressivament il-kuntrarju, ma napprovawx kwalunkwe opinjonijiet jew kontenut li jkun hemm fihom. Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħek tagħhom.
Ċaħda
DAN IS-SIT U L-INFORMAZZJONI LI FIH, SAR DISPONIBBLI “KIF INHU” MINGĦAJR GARANZIJA TA’ KWALUNKWE TIP, KEMM ESPRESSA KIF UKOLL IMPLIĊITA. AĦNA MA NAGĦMLU L-EBDA RAPPREŻENTAZZJONI, GARANZIJA LI T-TAGĦRIF FUQ DIN IS-SIT IKUN AĠĠORNAT, PREĊIŻ, JEW KOMPLUT, U INT M’GĦANDEKX TOQGĦOD FUQU GĦAL KWALUNKWE DEĊIŻJONI, JEW BIEX TIEĦU KWALUNKWE AZZJONI. AĦNA HAWN NIĊĦDU KWALUNKWE GARANZIJA LI T-TAGĦRIF FUQ DAN IS-SIT, SE JKUN ĦIELES MINN INTERRUZZJONI, JEW LI S-SIT IKUN ĦIELES MINN VIRUSES, WORMS, JEW TROJAN HORSES JEW KODIĊI OĦRA LI TURI PROPJETAJIET TA’ KONTAMINAZZJONI JEW DISTRUTTIVI. Isir tibdil perjodikament fit-tagħrif li fih is-sit; dawn it-tibdiliet se ikunu inkorporati f’edizzjonijiet ġodda tas-Sit.
Indennizz
Int taqbel li tindennizzja, tiddefendi u żżomm mingħajr obbligu lil Amicus, l-uffiċjali, id-diretturi, l-impjegati, l-aġenti u l-affiljati tagħha, minn u kontra telf, spejjeż, danni u l-obbligi kollha, inkluż miżati raġonevoli ta’ avukati, li jirriżultaw minn, jew li għandhom x’jaqsmu ma’ kwalunkwe vjolazzjoni ta’ dawn it-Termini jew kwalunkwe attività li għandha x’taqsam mal-użu tas-Sit (li tinkludi, imma mhijiex limitata għall-ksur tal-propjetajiet intellettwali madwar id-dinja kollha ta’ partijiet terzi, jew imġiba li tinvolvi traskuraġni jew imġiba ħażina), minnek jew minn xi persuna oħra li taċċessja s-Sit għan-nom tiegħek.
Privatezza
Aħna niġbru tagħrif li jidentifika lil dak li jkun mill-viżitaturi tas-Sit tagħna, jekk int volontarjament tiddeċiedi li tagħtihulna permezz ta’ wieħed mill-indirizzi tal-e-mail ipprovduti. Il-viżitaturi huma mistiedna biex jistaqsu mistoqsijiet dwar Amicus u r-riċerka tagħna, jew jistaqsu dwar opportunitajiet ta’ xogħol. Aħna se nużaw it-tagħrif li tagħtina f’dawk il-komunikazzjonijiet biex nirrispondu għall-mistoqsjiet tiegħek, imma mhux se nużaw jew niżvelawh bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr il-kunsens espress tiegħek, ħlief fil-każ ta’ kuntratturi jew fornituri tas-servizz li jistgħu jipprovdu servizzi jew jagħmlu xogħol għan-nom tagħna – pereżempju, fornitur tas-servizz tat-teknoloġija tal-informatika jew konsulent tar-riżorsi umani. Dawk il-kuntratturi u fornituri tas-servizz għandhom il-permess li jużaw biss tagħrif personali tiegħek għall-iskop li għalih ġie pprovdut, u ma jistgħux jiżvelawh lil kwalunkwe parti terza oħra ħlief meta nagħtuhom id-direzzjoni espressa tagħna u b’mod konsistenti ma’ dan il-paragrafu.
Aħna se niġbru wkoll tagħrif tekniku aggregat mingħandek u mingħand oħrajn hekk kif int tkun qed tibbrawżja s-Sit tagħna, u nistgħu, fil-futur, nużaw cookies biex niġbru tagħrif dwar kif jintuża s-Sit tagħna.
Ara l-Politika tagħna tal-Privatezza għal aktar tagħrif dwar kif it-tagħrif personali tiegħek jista’ jinġabar u jiġi pproċessat permezz tas-Sit tagħna.
Dan il-paragrafu japplika biss għal tagħrif miġbur mill-viżitaturi permezz tas-Sit tagħna u mhux għal tagħrif personali li Amicus tista’ tiġbor fir-riċerka tagħha jew permezz ta’ attivitajiet off-line jew oħrajn.
Opportunitajiet ta’ Xogħol
Aħna nilqgħu espressjonijiet ta’ interess għal impjieg ma’ Amicus. Amicus ma tiddiskriminax fl-ingaġġ jew fl-impjieg fuq bażi ta’ razza, kulur, reliġjon, diżabilità, oriġini ta’ nazzjonalità, età, sess, jew karatteristiċi oħra protetti mil-liġijiet federali, statali jew lokali applikabbli. Int tifhem li stedina biex tissottometti r-resumè jew espressjoni ta’ interess f’impjieg ippubblikata fuq is-Sit, mhijiex intenzjonata biex, u ma, toħloqx kuntratt bejnek u Amicus għal impjieg jew għal kwalunkwe benefiċċju ieħor. Int tifhem li kwalunkwe komunikazzjoni mibgħuta minnek lil Amicus fejn titlob tagħrif dwar l-impjieg, mhux se tkun ikkunsidrata bħala applikazzjoni għal xogħol, u ma toħloq l-ebda obbligu minn naħa ta’ Amicus biex tirrispondi. Jekk Amicus tkun interessata li tesplora l-opportunitajiet tal-impjieg miegħek, aħna se nikkuntattjawk b’rispons għat-talba tiegħek.
Il-Liġi li Tirregola u l-Forum
Jekk int klijent, jekk jogħġbok innota li dawn it-Termini, il-materjal u l-formazzjoni tas-suġġett tagħhom (u kwalunkwe tilwim jew pretenzjonijiet mhux kuntrattwali) huma rregolati mil-liġi Ingliża. Imma jekk int resident tal-Irlanda ta’ Fuq, int tista’ tressaq ukoll proċeduri fl-Irlanda ta’ Fuq, jekk int resident fl-Iskozja, int tista’ ukoll tressaq proċeduri fl-Iskozja.
Jekk għandek negozju, dawn it-Termini, is-suġġett u l-formazzjoni tagħhom ( u kwalunkwe tilwim jew pretenzjonijiet mhux kuntrattwali) huma rregolati mil-liġi Ingliża. Aħna t-tnejn naqblu għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qrati Ingliżi u ta’ Wales.
Ikkuntattjana
Biex tikseb tagħrif dwar l-illinkjar mas-Sit tagħna jew dwar affarijiet fir-rigward ta’ trademarks jew copyrights, jew jekk ikollok għandek kwalunkwe mistoqsijiet jew tħassib dwar it-Termini, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq info@amicusrx.co.uk.